Nhar it-Tnejn 13 ta' Frar 2006, Charles Arrigo kien qiegħed Gwardamangia fl-istudios tal-PBS meta tah attakk f'qalbu u ttieħed l-iSptar San Luqa. Ftit minuti wara li wasal hemm tħabbret il-mewt ta' din il-figura tant ċentrali fil-qasam tax-xandir Malti fl-aħħar 60 sena.
Biex infakkru lil Charles Arrigo, qed inwasslulkom din l-intervista li Toni Sant għamel miegħu f'Ġunju tal-1990, fl-ewwel programm mis-sensiela
Il-Fil tat-Tiġdid, li kienet tittrata l-istorja tax-xandir bil-fil f'Malta. Is-suġġett prinċipali ta' din l-intervista huwa l-logħba popolari
Staqsini 20 li f'Malta hija sinonima ma' Charles Arrigo, anke jekk kien hemm diversi verżjonijiet oħra tagħha matul is-snin.
Ara wkoll:
-
MaltaMedia Online Network-
Toni Sant||
Read about this Maltese-language podcast in English.